X’Ser Ikun Hawn Nhar Il-Ħadd Li Ġej …. U L-Għada T-Tnejn Fuq Il-Midja Soċjali?

 X’Ser Ikun Hawn Nhar Il-Ħadd Li Ġej …. U L-Għada T-Tnejn Fuq Il-Midja Soċjali?

Bla dubju, aħna l-Maltin ferventi u demmna jbaqbaq f’kollox; sew jekk il-festa tal-patrun jew patruna, jekk it-tim tar-raħal, jekk hux mal-partit tal-aħmar, tal-blu jew l-oranġjo u lkoll ngħidu Viva Malta, tagħna l-aqwa, l-isbaħ u l-aħjar.

Fil-Eurovision ninfexxu nirrabjaw għax dak il-pajjiż jew l-ieħor ma tawnhiex punt…

Madanakollu, Malta f’daqqa waħda ssir Taljana jew Ingliża minħabba l-football bħal donnu żmien ir-Riformisti u l-Anti Riformisti lura fl-istorja ta’ Malta meta n-nazzjon kien maqsum bejn dawk favur l-Ingliżi u dawk favur it-Taljani.

Ma hemm xejn ħażin… Kulħadd għandu t-tim favorit tiegħu. Imma forsi passjonanti żżejjed?

U x’ħa nistennew nhar il-Ħadd li ġej? Tpaqpieq fit-toroq u briju u f’daqqa waħda ninsew dak li ġara fil-Ħamrun u wara li tajniehom tumakka fuq facebook, ninsew u nagħmlu agħar? U mbagħad it-Tnejn, nistennew koċċ talbiet għall-infurzar minħabba l-pandemija?

Nistennew u naraw!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com