34 Għasfur Kkonfiskati Mis-Suq Miftuħ Tal-Furjana
![34 Għasfur Kkonfiskati Mis-Suq Miftuħ Tal-Furjana](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/08/Ritratt-ta-Stqarrija-Stampa-PR-558-21-Nr.1-850x560.jpg)
Dalgħodu, il-Pulizija tal-Environmental Protection Unit (EPU) flimkien mal-Wild Bird Regulation Unit, spezzjonaw numru ta’ bejjiegħa tal-għasafar fis-suq miftuħ tal-Furjana.
Waqt dawn l-ispezzjonijiet irriżulta li xi bejjiegħa kienu qed ibigħu għasafar illegalment, u dan għaliex skont il-liġi dawn l-ispeċi partikolari ma jistgħux jinbiegħu. Waqt din l-ispezzjoni ġew ikkonfiskati 34 għasfur ta’ speċi differenti, li ġew mgħoddija lil veterinarju appuntat mill-Gvern.
Irriżulta wkoll li żewġ bejjiegħa tal-għasafar kienu qed joperaw mingħajr liċenzja u l-Pulizija ser toħroġ ukoll akkużi fil-konfront tagħhom.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratti: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni Pulizija