5,687 Bozza Jixgħelu S-Santwarju Tal-Grazzja – Wara 20 Sena Reġgħu Ntramaw Il-Kampnari

 5,687 Bozza Jixgħelu S-Santwarju Tal-Grazzja – Wara 20 Sena Reġgħu Ntramaw Il-Kampnari

Franco Caruana wera s-sodisfazzjon tiegħu fuq facebook li wara 20 sena, reġgħu ntramaw il-kampnari dawra mejt. Qal li għal din is-sena, intramaw ukoll iż-żewġ kupletti fejn inbidlu kważi l-‘mainijiet’ kollha b’sistema ta’ dawk ġdid.

Saret kuruna u funtana ġdida kif ukoll fustuni ġodda u anke nbidlu mad-90 ‘holder’ u nxtraw mal-4,000 bozza.

Tenna li l-koppla tieħu 1,239 bozza, iċ-ċinta tieħu 190 bozza, iż-żewġ kupletti jieħdu 258 bozza u l-faċċata tieħu 4,000 bozza.

B’kollox, jammontaw għal 5,687 bozza biex b’hekk, is-Santawrju tal-Madonna tal-Grazzja huwa mixgħul b’mod komplut.

Franco rringrazzja lil bosta persuni li għenu f’dan il-proġett kif ukoll lil dawk li taw id-donazzjonijiet tagħhom kif ukoll lill-Arċipriet Dun Evan Caruana talli tahom iċ-ċans jarmaw.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com