Adrian Delia B’Kawża Ta’ Libell Kontra S-Sit Lovin Malta

Adrian Delia għadu kemm ippubblika fuq il-mezzi soċjali tiegħu kopja tar-rikors li fetaħ kontra s-sit Lovin Malta.
Huwa qal li dalgħodu fetaħ kawża ta’ libell kontra s-sit Lovin Malta fejn qed jiċħad dak li qed jiġi allegat dwaru. Adrian Delia talab lill-Qorti sabiex l-istess sit jinżamm responsabbli għall-allegazzjonijiet foloz li ppubblikaw.
Dan wara storja li ħarġet fuq s-sit Lovin Malta dwar allegat konverżazzjoni bejn Adrian Delia u Yorgen Fenech li seħħet propju waqt li l-PN kien qed jikkritika dak żvelat dwar 17 Black.
Adrian Delia lbieraħ stess mal-ewwel ċaħad kategorikament dak li ħareġ u qal li din hija gidba.