Aktar Minn 70,000 Persuna Taqsam Lejn Għawdex Fil-Ġimgħa Ta’ Santa Marija
Il-Kumpanija Gozo Channel qalet li bejn l-Erbgħa 11 ta’ Awwissu u l-Ħadd 15 ta’ Awwissu qasmu lejn Għawdex 73,263 persuna. Dan in-numru jfisser 2% aktar mis-sena 2020.
Dawn in-numri juru kemm it-turiżmu intern huwa b’saħħtu anke fi żmien ta’ pandemija.
Matul dawn il-5 t’ijiem saru 462 vjaġġ, bl-iktar ġurnata mpenjattiva tkun il-Ġimgħa b’16,000 persuna taqsam lejn Għawdex.
L-ammont ta’ vetturi li qasmu l-fliegu fl-aħħar 5’tijiem kien ta’ 28,355 vettura.