Aktarx L-Iktar Mara Ekonomika…Jew Qammiela? Jew Realtà Li Veru Teżisti?
Kate Hashimoto, hija mara li tgħix f’New York u li sabet mod kif tiffranka l-flus minn ħafna affarijiet essenzjali f’ħajjitha, inkluż it-toilet paper.
Waqt intervista hija tgħid li ilha tgħix f’New York għal dawn l-aħħar tliet snin, “għalkemm hija l-aktar belt għalja biex tgħix fiha sibt modi kif nista’ indur mas-sitwazzjoni.”
“Jekk ikolli bżonn nixtri xi ħaġa, nipprova nevitaha, nipprova nonfoq mill-inqas possibbli.”
Kate tipprova tgħix b’baġit ta’ $200 fix-xahar biss. Hija ssib modi kif terġa’ tuża dak kollu li tista’ u tagħmel dak kollu possibbli biex tiffranka aktar flus, anke b’modi estremi.
Kate tispjega li hi qatt ma ħallset il-flus biex tixtri għamara, u minflok sabet affarijiet li jkunu għadhom tajbin mormija fi skips. Dan jinkludi wkoll is-sodda li hija magħmula minn twapet antiki li jintużaw fil-gym fuq xulxin, kif ukoll il-mejda ta’ l-ikel hija magħmula minn kotba.
Kate tevita li tuża appliances biex tiffranka d-dawl ukoll. Fil-fatt il-ħwejjeġ taħsilhom waqt li tkun qed tinħasel. Apparti minn hekk Kate ilha ma tixtri ħwejjeġ fuq 8 snin. L-aħħar li xtrat ħwejjeġ ta’ taħt kien fl-1998.
Kate tifranka l-flus mit-toilet paper ukoll, fil-fatt hija ma’ tixtrix toilet paper imma tuża sapuna u ilma biex titnaddaf.
X’taħseb fuq il-mod kif tgħix Kate ?