Aktarx Maltemp Għall-Ġimgħa Tal-Vitorja… Maltempati Bir-Ragħad Dejjem Neżlin L’Isfel

 Aktarx Maltemp Għall-Ġimgħa Tal-Vitorja… Maltempati Bir-Ragħad Dejjem Neżlin L’Isfel

Fit-Tramuntana ta’ Sqallija, partikolarment fil-bliet ta’ Palermo u Messina, iffurmaw maltempati vjolenti aktar kmieni llum waranofsinhar.

Arja ftit aktar kiesħa f’livelli ogħla fl-atmosfera qegħda toqrob bil-mod ‘il mod dejjem lejn latitudnijiet ibgħax hekk kif resqin lejn il-ħarifa..

L-ewwel maltempati bir-ragħad mistennija jilħqu lill-gżejjer Maltin għall-ħabta tal-festa tal-Vitorja (8/9), iżda dan hu tbassir ambizzjuż li jeħtieġ aktar osservazzjonijiet u stennija sabiex ikun irfinat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com