Ammetta Li Permezz T’Uliedu Kien Jikkometti Serq Aggravat

 Ammetta Li Permezz T’Uliedu Kien Jikkometti Serq Aggravat

Raġel ta’ 38 sena u missier ta’ sebat itfal, ingħata sentenza ta’ ‘probation’ għal tliet snin wara li hu ammetta li permezz t’uliedu l-minuri wettaq serq aggravat.

Fil-Qorti huwa kien mixli li kien iġiegħel lill-ulied ta’ bejn 5 u 11-il sena sabiex jisirqu apparat elettroniku u ġugarelli minn ħanut.

Ġie mixli wkoll li ma kienx qed jieħu ħsieb sew u kif suppost lil dawn uliedu. Għalhekk, il-Maġistrat Charmaine Galea ħatret ‘social worker’ sabiex issegwi dan il-każ mill-viċin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com