Angela Merkel Tmur Tixtri Hi Mingħand Tal-Merċa…
Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel ilha sservi fil-pożizzjoni attwali sa mill-2005. Hija meqjusa bħala waħda mill-iktar nisa b’saħħithom fid-dinja.
Fatt kurjuż dwarha hu li hi tikri l-appartament li tgħix fih u taqdi l-bżonnijiet tagħha hi billi tmur tixtri mingħand tal-merċa u supermarkets u spiss, ir-residenti fil-pajjiż jarawha tagħmel faċendi.
Forsi wieħed isaqsi: U allura? Iżda lkoll nafu li ħafna persuni li jokkupaw pożizzjonijiet għolja, ikollhom il-qaddejja tagħhom jgħinuhom. Irridu ngħidu wkoll, li mhux bilfors għaliex dan ikun lussu iżda għaliex il-ħin għad-dispożizzjoni tagħhom ikun limitat.
Hija tgħix mar-raġel tagħha u hija xjentista li taf titkellem bosta lingwi.