Approvat Permess Biex Jinbena Supermarket Ieħor Tal-Lidl
Is-supermarket Lidl ħa jkun qed jestendi l-operat tiegħu din id-darba f’Ħaż Żebbuġ, hekk kif illum ġie approvat il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Dan il-permess ħareġ wara li l-applikant kellu jirranġa u jimmodifika l-pjanti sabiex jindirizza nuqqasijiet u jkun aktar sessittiv għaż-żona.
L-applikant ikkommetta ruħu li jirrestawra kompletament il-Mitħna ta’ Srina. Apparti li ħa jkunu qed jinżergħu bosta siġar u arbuxell madwar iż-żona kollha.
Il-Proġett ħa jkun jinkludi parkeġġ ta’ żewġ sulari taħt l-art kif ukoll ieħor fuq il-livell terran.
Dan is-supermarket se jinfetaħ fiz-zona fejn qabel kien hemm il-fabbrika ta’ Cortis.