Approvat Proġett Pilota Biex Il-Bajja Tal-Għadira Tikber

 Approvat Proġett Pilota Biex Il-Bajja Tal-Għadira Tikber

Fiż-żmien li ġej il-bajja tal-Għadira ħa tkun qed tiġi estiża. Dan ġie approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar wara li kienet saret applikazzjoni 3 snin ilu mill-Ministru tat-Turiżmu ta’ dak iż-żmien Konrad Mizzi.

Il-pjan oriġinali huwa li l-bajja tikber bejn 20 u 40 metru fuq medda ta’ kilometru. Il-PA approvat li għalissa ssir estensjoni żgħira ta’ 10 metri lejn in-naħa ta’ isfel tal-bajja bħala proġett pilota.

Dan il-proġett pilota qed isir qabel tittieħed deċiżjoni finali biex tikber din il-bajja.

L-intenzjoni ta’ dan il-proġett huwa li jkun hemm aktar spazju għan-nies mingħajr ma jkun hemm iffullar żejjed.

Ritratt: My Guide Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com