Bastiment tat-Tkarkir Baqa’ Dieħel Dritt Ġo Fina Li Spiċċajna Fil-Baħar – Allegatament Qalilhom “Tort Tagħkom”

 Bastiment tat-Tkarkir Baqa’ Dieħel Dritt Ġo Fina Li Spiċċajna Fil-Baħar – Allegatament Qalilhom “Tort Tagħkom”

“Mhux kitba biex titħassruna, iżda biex niġbdu l-attenzjoni…” , kiteb Alendro Spiteri Monsigneur fuq facebook wara li flimkien ma’ sieħbu Jake kellhom esperjenza kerha fuq il-baħar.

Iddeiċdew li jerħulha għal-mawra tas-sajf fuq dgħajsa twila 16-il pied, telqu minn San Pawl il-Baħar u ħarġu madwar 10 kilometri ‘l barra mill-kosta, viċin il-fish farms.

Tenna li bastiment resaq qribhom u talabhom jirrilokaw għalhiex kienu se jaħdmu fil-viċin u hekk għamlu fejn imxew madwar 30 metru ‘l bogħod mill-fish farms fejn kien hemm madwar 25 dgħajjes oħra żgħar ta’ sajjieda.
Stqarr li nnutaw bastiment akbar miexi fid-direzzjoni tagħhom li għall-ewwel ma tawx kas, iżda malli resaq viċin indunaw li kien se jgħaddi minn fuqhom.
Qal li kien tard wisq biex iħollu l-ħbula u jersqu min-nofs u l-bastiment daħal dritt għal fuqhom bil-konsegwenza li d-dgħajsa nqalbet bihom b’kollox inkluż iċ-ċwievet, kartieri, mobiles, kamera u affarijiet oħra.
Aleandro kiteb li l-Kaptan qalilhom: “Tort tagħkom,“erġgħux tiġu hawn!”, filwaqt li kompla għaddej qisu ma ġara xejn.
Għalkemm għaraf li sajd viċin ċerta akkwata viċin fish farm mhux permessibbli, qal li ma hux ġustifikat dak li seħħ.
Saħaq kif dawn setgħu miet, anke li kieku ma kinux jafu jgħumu u li saru jafu li allegatament, din ma kinitx l-ewwel darba li ġrat.
Wera l-għadab tiegħu lejn il-kumpanija ta’ Azzopardi Fisheries u ġab eżempju ma’ kliem Kristu fejn qal li lil dawk li għandhom, ikompli jingħatalhom u dawk li m’għandhom xejn, ikompli jittieħdilhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com