Biden Diġà Bi Pressjoni Biex Jirreżenja
Wara l-istraġi li qed issir f’Kabul u fl-Afghanistan, bosta huma dawk li qed iwaħħlu f’Joe Biden, il-President Amerikan fejn qed itennu li dan kollu li qed jiġri seta’ ġie evitat.
Mietu wkoll 13-il suldat Amerikan ftit jiem ilu meta seħħew l-isplużjonijiet fl-ajruport ta’ Kabul.
Ir-riżenja tiegħu qed tkun imsejħa wkoll saħansitra mill-Ambaxxatur tal-UN Nikki Haley u anke minn membri politiċi oħra fosthom is-Senatur Josh Hawley fejn qal li Biden qed juri li mhux kapaċi jmexxi.
Ritratt: The Times of Israel