Bil-Filmat: Araw X’Joffru L-Istorja U L-Wirt F’Pajjiżna – Impressjonanti
Il-katakombi tal-Maghlaq huma oqbra Fenici imħaffrin fil-blat li proabbilment kienu għal familja kbira. Dawn jinsabu fil-limiti tal-wied il-Magħlaq , daqs 600m ‘il bogħod mit-tempji tal-Mnajdra.
Din l-informazzjoni ġiet provduta mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi. Dawn l-oqbra kienu esplorati l-ewwel darba minn Dr L. Adams u Bishop Errington fl-1865 u mistħarrġa fil-1893.
Hawn issib żewġ katakombi, wieħed fih 10 oqbra u l-ieħor wieħed biss. Tidhol għalihom minn toqba kemm tgħaddi u issib ruħek f’kuritur.
Wieħed mill-oqbar għandu daħla partikolari fejn saħansitra għadek tista’ tara l-kulur preżenti li kien jintuża f’dak iż-żmien. Xi ġmiel!
Pierre Farrugia u Vince Pukka wara li żaru l-katakombi żaru wkoll iċ-ċisterni tal-Misqa li jinsabu xi 500 metru ‘il bogħod minnhom. Dawn kienu ċisterni għall-ilma mħaffra fil-blat.
Wieħed jista’ jammira x-xogħol li ħadu biex għattew dan iċ-ċisterni bi blat kbir u tqil. Dan sar biex probabbilment jitnaqqas l-evaporazzjoni tal-ilma mix-xemx.
Dawn setgħu nbnew mill-ħaddiema tat-templi biex ikollhom sors tal-ilma minn fejn jixorbu. Kos hux!
Grazzi Pierre u Vince li tgħinuna napprezzaw aktar il-wirt tagħna.