Bil-Filmat: Dimostranti Kontra L-Vaċċini Jmorru Jipprotestaw F’Dak Li Ħasbu Li Kien Il-BBC

Fl-Ingilterra dimostranti kontra l-vaċċini lbieraħ ippruvaw jidħlu biex jipprotestaw f’dak li ħasbu li kien il-bini ewlieni tal-BBC, apparentement ma kinux jafu li l-BBC ilhom li ħarġu u mxew għal bini ieħor madwar 10 snin ilu.
Numru kbir ta’ dimostranti spiċċaw jiġġieldu mal-pulizija li kienu qed iżommuhom milli jidħlu fil-binja.
L-għan tagħhom kien li jwaqqfu l-operazzjoni tal-aħbarijiet tal-BBC, li huma responsabbli għall-promozzjoni tal-vaċċini kontra l-COVID-19, li ma kienux jafu hu li din il-binja ġiet konvertita f’appartamenti u l-BBC żamm biss 3 studios li huma mikrija lill-ITV biex jipproduċi programmi bħal ‘Good Morning Britain’.
Ara l-filmat: