Bil-Filmat: Julie Zahra Tappella Lill-Gvern Sabiex Jippubblika L-Istrateġija Għall-Ftuħ Tas-Sena Skolastika Li Ġejja

 Bil-Filmat: Julie Zahra Tappella Lill-Gvern Sabiex Jippubblika L-Istrateġija Għall-Ftuħ Tas-Sena Skolastika Li Ġejja

Il-Kandidata f’isem il-Partit Nazzjonalista fuq ir-raba’ distrett Julie Zahra tellgħet filmat fuq il-midja soċjali tagħha bi ħsieb fejn tistaqsi dwar kif se jimxu l-ġenituri jew min jieħu ħsieb it-tfal, fis-sena skolastika li jmiss.

Tenniet li wasalna kważi fl-aħħar t’Awwissu u għadu ħadd ma jaf xejn dwar dan. Għamlet referenza wkoll għall-istudenti; kemm jekk qegħdin fil-primarja, sekondarja, sixth form u università, jew f’entitajiet edukattivi oħra li wkoll ma jafux x’se jiġri.

Julie Zahra qalet li kienu bosta persuni li kellmuha u qalulha li jinsabu fil-limbu dwar din il-materja. “Ħafna inċertezzi li qed iqajmu tħassib u stress żejjed, għax dan huwa stress żejjed fuq l-istudenti, il-ġenituri u l-edukaturi”, sostniet Zahra.

Fakkret ukoll li hemm ġenituri li jaħdmu u hemm meħtieġ ħsieb ta’ pjan għaliex dan kollu jirrigwardja l-futur ta’ wliedna.

“F’dan il-vlog qegħda nwassal il-ħsibijiet ta’ ħafna filwaqt li nerġa’ nappella lill-Gvern sabiex jinqata mill-politika tiegħu tax-xejn m’hu xejn, u mingħajr aktar dewmien jippubblika l-istrateġija tiegħu dwar dan u jtina s-serħan il-moħħ.”

Ritratt: Rene Rossignaud

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com