Bil-Filmat: “Naxxarin Vittmi Tan-Nar Tul Is-Snin”

 Bil-Filmat: “Naxxarin Vittmi Tan-Nar Tul Is-Snin”

Bit-tema: Naxxarin vittmi tan-nar tul is-snin, l-Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja Naxxar illejla fakkret dawn il-vittmi li tilfu ħajjithom f’dan id-delizzju.

Quddiem is-Sede tal-Każin, fi Triq Santa Luċija saret ukoll esebizzjoni b’ritratti u informazzjoni relatata ma’ dan is-suġġett fejn preżenti attendew il-mistiedna skont il-protokolli attwali tal-pandemija.

Ippreseda din l-attività l-Onorevoli Ministru Dr. Michael Farrugia, li huwa wkoll il-President ta’ din l-Għaqda Mużikali, fil-preżenza wkoll tas-Sindku Annemarie Muscat Fenech Adami u l-Arċipriet tal-Kolleġġjata, il-Kanonku Dun David Gauci.

Mistiedna wkoll il-Presidenti tal-Għaqdiet Naxxarin kif ukoll il-membri tal-vittmi nfushom. Intqal li llum jaħbat il-50 anniversarju mit-traġedja  tan-nar li seħħet it-Tlieta 17 t’Awwissu 1971 fejn tilfu ħajjithom Frans Scicluna ‘il-Ħal Luqi’, Costantino Azzopardi ‘tal-Falz’ u Peter Bonavia ‘tal-Bonu’. Dawn kienu membri tas-Soċjetà Vittorja u kienu ukoll jaħdmu n-nar f’isem is-Soċjetà.

Waqt l-attività, issemmew bosta episodji oħra ta’ niket li seħħew tul is-snin, marbuta man-nar. L-irħama saret min-Naxxari , il-marmista Abraham Bellia.

Insellmu l-memorja tagħhom.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com