Bil-Filmat: Ommijiet Iddisprati Fl-Afganistan Iwaddbu T-Trabi Tagħhom Minn Fuq Barbed Wire
Xeni tal-biża li hemm ħdejn l-ajruport ta’ Kabul fejn diversi Afgani qedin jippruvaw jaħarbu mill-pajjiż.
L-entratura tal-ajruport bħalissa hija massa bis-suldati Ingliżi li qed jikkontrollaw is-sitwazzjoni, b’suldati tat-Talbani ftit metri l-bogħod armati fejn anke kien hemm rapporti li sawtu nisa u anke sparaw fuq nies ċivili.
“Salvaw it-tarbija tiegħi, ġejjien għalina t-Taliban” bdiet t’għajjat omm.
“Help! Taliban is coming. Taliban is coming.”
Young Afghan woman outside a gate at #Kabul airport pleading for U.S. soldiers to let her, and other civilians, in. pic.twitter.com/HfhMW5DS1F
— Frud Bezhan فرود بيژن (@FrudBezhan) August 18, 2021
Bosta ommijiet bit-tfal tagħhom inġabru quddiem il-gradi jitolbu lis-suldati sabiex jieħdu lit-tfal tagħhom biex isalvaw mit-Taliban u jieħdu ħsiebhom b’mod sigur.
F’mument minnhom diversi ommijiet bdew iwaddbu lit-trabi tagħhom minn fuq il-barbed wire lejn is-suldati, bit-tama li t-trabi u t-tfal tagħhom jkollhom futur aħjar ‘l bogħod mill-Afganistan.
People are so desperate to escape the #Taliban that they’re passing babies and kids forward to the gate at #Kabul airport. #kabulairport #AfghanEvac pic.twitter.com/6NSlIffrD1
— Matt Zeller (@mattczeller) August 18, 2021
Bosta pajjiżi fosthom l-Amerika qed jibgħatu ajruplani militari sabiex joħorġu kemm jista’ jkun nies li jridu joħorġu mill-pajjiż. Diversi nies u familji qed jkollhom jerġgħu jduru lura minħabba li ma jkollomx dokumenti neċessarji, fost il-biża li jiġu attakkati mit-Taliban.
Scenes outside #KabulAirport are just heartbreaking. Families that are trying to get out of the country but aren’t on the list for flights before with British soldiers, who have no choice but to turn them away, back down the road towards #Taliban checkpoints. pic.twitter.com/MwXwThnrPJ
— Jane Ferguson (@JaneFerguson5) August 18, 2021