Bil-Filmat: Qabżu Ġo Wieħed Mit-Tankijiet Tat-Tonn

L-aħħar avventura ma’Angelo Caruana, li issa ħafna qed jirrelatawh ma’ diversi avventuri madwar Malta, ser teħodna fuq xi ħaġa li mhux imdorrijijn naraw jew nagħmlu.
Ser nesperjenzaw għawma mat-ton, mas-sitt kilometri l’barra mill-kosta Maltija, fejn dawn jinżammu sabiex jitrabbew u kif jilħqu ċertu piż u kobor, jiġu esportati l-iktar lejn il-Ġappun, sabiex jiġu pproċessati għall-industrija tas-Sushi u s- Sashimi.
Kollox beda hekk kif Angelo flimkien ma’ grupp ta’ nies oħra rikbu fuq dgħajsa mill-Mellieħa fejn wasslithom sal-fish farm fejn hemmhekk wara li libsu l-maskra tal-baħar, qabżu ġo wieħed mit-tankijiet fejn kellhom iċ-ċans li jsegwu mill-qrib dawn il-krejaturi li jaffaxinawk bil-ġmiel u kobor tagħhom.
Għalkemm dawn jintgħalfu darba kuljum, Angelo kellu ċ-ċans li jwaddab il-ħut u jara dawn it-ton jitilgħu b’ħeffa kbira biex jieklu, attrazzjoni li tista’ tesperjenza biss f’Malta kif ukoll fl-Awstralja peress li ebda pajjiżi oħra ma jagħtu permess li dan isir.
Din l-avventura spiċċat fuq nota ferm isbaħ għax fi triqthom lura Angelo segwew mill-qrib il-movimenti ta’ mhux inqas minn sitt dniefel li kienu fil-qrib kif ukoll diversi ċief li kienu qed jitgħajjru maż-żiffa ħafifa.
L-industrija tat-ton f’Malta hija waħda kbira u attiva, fejn fiha jiġu mkabbra ammont kbir ta’ ton li jiġi esportat. Din l-industrija ġieli għaddiet minn kontroversja wkoll minħabba l-impatt ambjentali li tħalli.
Tistgħu ssegwu din l-avventura fuq din il-ħolqa: