Bil-Filmat: Qarnita Żgħira Tinqabad Ġo Tazza Tal-Plastik – Possibbli L-Bniedem Ma Jismax U Jkompli Jħammeġ?

 Bil-Filmat: Qarnita Żgħira Tinqabad Ġo Tazza Tal-Plastik – Possibbli L-Bniedem Ma Jismax U Jkompli Jħammeġ?

Filmat li ttella’ fuq The Planet Voice juri qarnita żgħira tipprova tinqala’ minn ġo tazza tal-plastik li ntremiet mill-bniedem fil-baħar, jew inkella nġarret mal-kurrent. Ġara x’ġara, it-tazza hija prodott uman li spiċċat f’post li mhux lokha.

Pall Sigurdsson, għaddas ra lill-qarnita tissielet biex tipprova tinqala’ mit-tazza. Prova jgħinnha billi beda jpoġġilha qxur tal-baħar sabiex tiggranfa miegħu sakemm irnexxielha tinqala.

Dan ġara f’Lembeh fl-Indoneżja. Għalkemm ħafna drabi, jintwerew xeni mill-isbaħ tal-Indoneżja, huwa fatt li dan il-pajjiż għandu baħar mimli sew b’ammont kbir ta’ plastik minħabba li huwa ffrekwentat minn bosta turisti; u nazzardaw ngħidu li huma turisti rresponsabbli.

Huwa mifhum li sal-2050, fl-ibħra kollha ser ikun hemm iżjed plastik mill-ħut. Imbagħad inutli nistagħġbu b’xi speċi aljena li qatt ma nkunu rajna bħalha.

Inti tnaddaf warajk meta tmur mal-ixtut? Jew tagħmel bħal dawk li ma jimpurtaħhom xejn?

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com