Bil-Filmat: Saċerdot Ħiet Xufftejh F’Protesta Simbolika Dwar It-Tibdil Fil-Klima

 Bil-Filmat: Saċerdot Ħiet Xufftejh F’Protesta Simbolika Dwar It-Tibdil Fil-Klima

F’Londra s-Saċerdot Tim Hewes, ta’ 71 sena għamel protesta simbolika quddiem il-bini tal-uffiċini tal-gazzetta u midja internazzjonali Murdoch’s billi ħiet xufftejh flimkien.

Din il-protesta għamilha kontra l-fatt li l-mezzi tax-xandir mhux qed jgħinu sabiex jiġġieldu t-tibdil fil-klima u qed jibqgħu b’ħalqhom magħluq quddiem dan kollu.

F’filmat li ħareġ fuq YouTube, Hewes jgħid li l-midja għandha influwenza fuq il-gvernijiet li wasslet għal nuqqas ta’ azzjoni sinifikanti dwar il-kriżi klimatika.

Hewes qed jitlob biex jiltaqa’ u jiddiskuti s-sitwazzjoni mal-editur li jieħu ħsieb l-artikli dwar l-ambjent.

Ritratt: Euronews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com