Bil-Filmati: It-Taliban Jieħdu L-Belt Ta’ Kabul – Mistenni Jitħabbar Gvern Islamiku Fil-Ħin Li Ġej
Is-sitwazzjoni fl-Afganistan hija waħda instabli hekk kif it-Taliban ħa l-kontroll tal-kapitali Kabul mingħajr wisq reżistenza. Hekk kif dan qed jiġri ftit ġimgħat wara li ġew irtirati diversi suldati Amerikani mill-Pajjiż wara li assiguraw flimkien man-NATO li l-armata Afgana tinsab lesta biex tiddefendi lill-pajjiż.
Jidher minn rapporti li l-President tal-Afganistan Ashraf Ghani ħarab u bosta nies qed jippruvaw jaħarbu mill-pajjiż hekk kif fl-ajruport u l-fruntieri nħoloq kaos sħiħ.
This is, perhaps, one of the saddest images I’ve seen from #Afghanistan. A people who are desperate and abandoned. No aid agencies, no UN, no government. Nothing. pic.twitter.com/LCeDEOR3lR
— Nicola Careem (@NicolaCareem) August 16, 2021
Bosta diplomatiċi Amerikani ġew evakwati b’ħelikopter mill-ambaxxata filwaqt li diversi pajjiżi min madwar id-dinja fosthom pajjiżi Ewropej qed jitolbu sabiex jirrispettaw lin-nies li jinsabu fil-pajjiż u jħallu l-fruntieri miftuħin b’mod sigur għal dawk li jixtiequ joħroġu mill-pajjiż. Bosta pajjiżi bħal Amerika, l-Ingilterra u Franza diġà kkonfermaw li ħa jkunu qed jibgħatu ajruplani militari sabiex jevakwaw in-nies mill-pajjiż.
It-Taliban qalu lil midja li fil-ħin li ġej ħa jkunu qed jħabbru Gvern ġdid Islamiku li ħa jkun qed imexxi l-Afganistan.
Another day begins in Kabul, a sea of people rushing into the Kabul airport terminal. #AFG pic.twitter.com/UekpGJ2MWd
— Jawad Sukhanyar (@JawadSukhanyar) August 16, 2021