Bjorn Formosa Jqum Bil-Wieqfa Fuq Saqajh

 Bjorn Formosa Jqum Bil-Wieqfa Fuq Saqajh

“Ilni 6 snin ma nkun hekk!” hekk stqarr Bjorn Formosa meta permezz ta’ wheelchair speċjali seta jiġi f’pożizzjoni qisu qiegħed bilwieqfa.

“Ikolli nistqarr magħkom li bżajt għax m’għandix saħħa f’saqqajja biex inżomm bil-wieqfa, iżda minn hawn u minn hemm irnexxielna nieħdu ritratt.” Hekk tenna Bjorn f’messaġġ li kiteb fuq il-midja soċjali.

Huwa kompla jgħid li “mument bħal dan ngħożżu ħafna, għax bis-saħħa ta’ dan il-wheelchair stajt nerġa nħoss xi tfisser tkun bilwieqfa.” Però sfortunatament huwa qali li ma jistax juża dan il-wheelchair  għal ħin twil, minħabba li m’għadx għandu muskoli biex iżomm fuq saqajh.

“Għix il-ħajja llum u għożż kull mument. Fl-aħħar stajt ngħannaq lil Maria u ninkieha ftit għax itwal minnha.” Hekk ikkonkluda dan il-messaġġ f’dan il-mument speċjali għal Bjorn Formosa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com