Botta U Risposta – Il-PN U L-PL B’Billboards Iwieġbu Lil Xulxin
Wara li l-ewwel ħareġ billboard mill-Partit Nazzjonalista fejn juri lill-Ministru Edward Zammit Lewis ‘taparsi’ ħiereġ minn ‘home visit’ u l-kostitwent jgħidlu ‘Prosit Ministru’ filwaqt li jwieġeb ‘Grazzi Ġaħan’, kien imiss billboard, din id-darba mill-Partit Laburista fejn fih jidher id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi bil-logo tal-Hilton Tel Aviv warajh waqt li qed ‘jgħid’ ‘Grazzi Yorgen’.
Ma’ ras Jason Azzopardi, jidher li hemm ukoll raġġiera fl-isfond.
Intom x’taħsbu dwar dan?