Dawn Il-Prodotti Fihom Ingredjent B’Potenzjalment ‘Ethylene Oxide’ Fih
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni ġdida mibgħuta mingħand operatur tal-ikel, dawn il-lottijiet tal-prodotti msemmija qed jiżdiedu mal-lista diġà maħruġa minħabba li fihom ingredjent li potenzjalment fih l-ethylene oxide.
Deskrizzjoni tal-prodott | Kwantità
Piż |
Lott | Data tad-durabbiltà |
Snickers Ice Cream Bar Multipacket | 4x53ml | 103F1DOE02
103F3DOE02 111A3DOE02 |
31/12/2022 31/12/2022 28/02/2023
|
Twix Ice Cream Bar
Multipacket |
4×43.1ml | 047A1DOE01
104A2DOE01 108B1DOE01 108A2DOE01 |
31/10/2022 31/12/2022 31/01/2023 31/01/2023
|
Bounty Ice Cream Bar Multipacket | 4×50.1ml | 048D1DOE02
109B2DOE02 109C1DOE02 |
31/10/2022 28/02/2023 28/02/2023
|
L-ethylene oxide huwa pestiċida li l-użu tiegħu fl-ikel mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni Ewropea, iżda hu awtorizzat f’pajjiżi barra l-UE. Għalkhemm il-konsum tal-prodott mhux ta’ riskju immedjat, hemm riskju ikbar jekk ikel differenti li jkun ikkontaminat b’din il-kimika jittiekel għal perjodu ta’ żmien.
Għaldaqstant, wieħed għandu jnaqqas kemm jista’ jkun il-konsum ta’ prodotti li jkun fihom din il-kimika, anke jekk f’livell baxx. Din it-twissija qed tinħareġ ukoll wara li kien hemm qbil bejn l-istati membri hekk kif irrappurtat fuq https://ec.europa.eu/food/system/files/2021-07/rasff_ethylene-oxide-incident_e410_crisis-coord_sum.pdf
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.