“Dawn Ir-Ritratti Ser Jibqgħu Biss Memorja Tas-sena L-Oħra”

 “Dawn Ir-Ritratti Ser Jibqgħu Biss Memorja Tas-sena L-Oħra”

“Dawn ir-ritratti ser jibqgħu biss memorja tas-sena l-oħra.” Hekk kitbet Nancy Formosa fuq il-mezzi soċjali tagħha wara li fil-Qrendi twaqqaf permess sabiex isir quddiesa fil-pjazza.

Dan wara li s-sena l-oħra saret quddiesa li attendew 300 persuna nhar Santa Marija, bl-istatwa tal-Assunta tkun fil-bieb tal-knisja. Jidher li l-permess din is-sena kien ħareġ però għal xi raġuni mhux magħrufa dan il-permess inżamm fl-aħħar ftit ġranet.

Nancy Formosa fil-messaġġ tagħha kompliet tgħid li “huwa ta dispjaċir għaliex wara kollox jingħataw permessi li jiftħu ċertu stabbilimenti ta’ divertiment u jsir seated party, imma mbagħad ma jingħatax permess li ssir quddies, fejn in-nies kollha ser ikunu lebsin maskra, u jkunu bilqegħda fil-bubble tagħhom u  bid-distanza bejniethom”

Hija qalet li l-quddies xorta ħa tkun qed issir fil knisja, “Mhux aħjar meta in-nies ma jkunux miġbura ġewwa?” temmet tgħid Nancy.

Ritratt: Facebook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com