“Ejjew Nagħmlu L-Almu Tagħna Kollu U Nieħdu Ħsieb L-Ambjent Tagħna” – Robert Cutajar

F’messaġġ li kiteb dalgħodu fuq il-mezzi soċjali tiegħu l-Whip u Kelliem għall-Ambjent u Tibdil fil-Klima tal-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar qal li numru kbir ta’ siġar fil-Park tal-Familja fil-Mellieħa huma nieqsa mill-attenzjoni meħtieġa.
“Tard ilbieraħ waranofsinhar flimkien mal-kollega u kunsillier Gabriel Micallef ħadna l-inizjattiva u saqqejna madwar 30 siġra,” saħaq Robert Cutajar.
Huwa kompla jappella lil Kunsill Lokali tal-Mellieħa sabiex isaqqi b’mod regolari dan il-park u ġonna oħra fil-lokalità, kif ukoll jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta’ ħsarat li hemm f’dan l-istess park.
“Ejjew nagħmlu l-almu tagħna kollu u nieħdu ħsieb l-ambjent tagħna” temm jgħid Cutajar.