F’Din Is-Sħana Lil Dan Ir-Raġel Ngħidulu Grazzi – Ivvintalna L-‘Air Conditioner’ Fl-1902

Bl-AC, arja kkundizzjonata, air conditioner, sejħulu li tridu, smajna żgur! Imma b’min ħolqu, l-isem propju tal-moħħ wara din l-invenzjoni kbira u tant meħtieġa, forsi il-veru ftit hawn li jafu min kien.
Ismu kien Willis Carrier. Darba minnhom kien qed jistenna l-ferrovija f’Pittsburgh f’jum imċajpar sew. Beda jaħseb u nduna li jista’ jnixxef l-arja billi jgħaddieha mill-ilma u joħloq ċpar. B’hekk, l-arja li tinħoloq tkun kemxejn umda li tibdel it-temperatura.
Fi żmien sena, żviluppa l-ewwel air condition.
Ħaqqu prosit u grazzi kbira. Dik viżjoni!