“Fil-Ħabs Kont Nħossni Komda Għax Kellna Kollox Anke Affarijiet Li Kienu Projbiti…” – Eks Priġuniera
“Jekk teħel taħt idejn is-Sur Dalli” jkollok inkwiet kbir. Kliemu preċiż kien “you’re done”. Hekk qal ekx priġunier li tkellem ma’ Net News fejn qasam l-esperjenza tiegħu fil-ħabs ta’ Kordin. L-intervista sħiħa ħa tkun imxandra nhar il-Ħadd li ġej.
F’wieħed minn fost il-ħafna kummenti li ħallew in-nies fuq dan l-artiklu fil-paġna ta’ Net News kien hemm ta’ Elaine Rapinett eks priġuniera oħra li tkellmet permezz ta’ kumment fuq il-mezzi soċjali.
Hija r-rakkontat kif il-ħabs kien sar qisu d-dar tagħha “għamilt ħabs kemm għandi xgħar f’rasi.” Rapinett qalet li kienet tħossa komda fil-ħabs hekk kif l-ewwel darba li daħlet il-ħabs kien fl-2005. Għamlet dieħla u ħierġa l-ħabs sa l-2008 sakemm weħlet sentenza ta’ 9 snin ħabs u ħarġet fl-2017.
Elaine tgħid li f’dawn is-snin fil-ħabs kienet tħossa komda għax kellha kollox anke affarijiet li kienu projbiti. Hi qalet li l-uffiċjali kienu jiddejqu minnha għaliex tgħid li “minn kien imexxi dak iż-żmien kienu iħalluhom jagħmlu li jridu biex noqodu kwieti.” Sakemm fl-2018 reġgħet daħlet il-ħabs fejn umbad tgħid li f’dak iż-żmien daħal “is-Sur Dalli u beda jissikka ċ-ċinturin u juri ċertu dixxiplina speċjalment fejn tidħol droga.”
Hi kitbet li għall-ewwel ħaditha kontrih għaliex hi kienet waħda li tieħu d-droga però wara li “s-sur Dalli beda jagħmel minn kollox biex droga ma’ tidħolx ġol-ħabs bejni u bejn ruħi għidt din riforma kif suppost u għamilt programm.”
Elaine Rapinett qalet li hi llum ilha 3 snin ma tieħux droga, hija temmet tgħid li qed tgħid dan kollu mhux biex tfaħħar lid-direttur tal-ħabs preżenti, “qed nikteb dan il-messaġġ għax ħajti ħlief ħabs ma għamiltx u min kien imexxi dak iż-żmien dejjem kont numru u paga għalijhom, dejjem xtaqt li nieqaf mill-vizzju, kont tlabt l-għajnuna imma dejjem irifjutawni lili.”