Fil-Jum Dinji Tal-Għajnuna Umanitarja Jaħseb F’Dawk Li Għaddejjin Minn Problemi Soċjali
Illum qed jitfakkar b’mod internazzjonali l-Jum Dinji tal-Għajnuna Umanitarja.
Il-Kandidat tal-PN Ivan Castillo flimkien mal-mara tiegħu Corinne dalgħodu għamlu ġest sabiħ biex flimkien joħolqu kuxjenza f’din il-ġurnata.
Permezz ta’ post fuq il-mezzi soċjali tiegħu Ivan qal li dan il-jum għandu jkun mod kif nippromowvu l-kwalità tal-ħajja u d-dinjita tal-persuna speċjalment ta’ dawk li għaddejjin minn problemi.
Ivan qal li huwa flimkien ma’ martu qabdu t-triq u għamlu donazzjoni lil Caritas li jagħmlu tant ma’ familji u persuni bi problemi soċjali.
“Grazzi mhux biżżejjed għal dak kollu li tagħmlu!” temm jgħid Ivan Castillo.