Għaliex Libes Żewġ Arloġġi Glenn Bedingfield?

Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista l-Onorevoli Glenn Bedingfield deher fuq programm televiżiv liebes żewġ arloġġi.
Dan ir-ritratt ġera sew tant li mar ‘viral’ fuq il-midja soċjali.
Staqsejnieh għaliex libes żewġ arloġġi u qalilna: “għax ma ndunajtx li kelli wieħed u lbist ieħor.”
Fil-programm Follow Up fuq ONE TV, Bedingfield tkellem dwar il-fortifikazzjonijiet fil-Kottonera u għamel referenza għal San Klement u anke għar-‘retrenchment’ fil-Fortizza Verdala fejn dan jista’ jsir post utli u ta’ użu aħjar għar-residenti.
Tajba Glenn!