Ħaddiema Tal-Protezzjoni Ċivili Jikkontrollaw Nirien F’Barriera Fl-Imqabba

 Ħaddiema Tal-Protezzjoni Ċivili Jikkontrollaw Nirien F’Barriera Fl-Imqabba

Il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħin f’barriera fi Triq tal-Isqof l-Imqabba llum wara nofs in-nhar wara li ġie rapportat li kien hemm nar qed jinfirex.

Jidher li n-nar beda għal ħabta tat-3pm u x’aktarx kien ikkawżat mit-temperaturi sħan.

Il-pumpiera rnexxielhom jikkontrollaw in-nar fi ftit ħin.

Is-Sindku tal-Imqabba Omar Farrugia f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali qali li ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident kif ukoll irringrazzja lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili tal-intervent tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com