Ħadmet Għal 8 Xhur Bħala Tabiba Mingħajr Awtorizzazzjoni
Mara tinsab taħt investigazzjoni fl-Awstralja wara li allegatament ħadmet ta’ tabiba mingħajr awtorizzazzjoni.
Huwa rapportat li l-mara ta’ 27 sena ħadmet għal 8 xhur fl-Isptar Bankstown-Lidcombe f’Sydney. Sakemm l-amministrazzjoni skoprew li ma kienitx irreġistrata mal-Australian Health Practitioner Regulation Agency (AHPRA), li takkredita lill-istaff mediku fil-pajjiż.
Kelliema għall-Isptar qalet fi stqarrija li l-impjegata li bdiet taħdem f’Jannar ta’ din is-sena “tneħħiet immedjatament minn xogħolha” meta l-awtoritajiet skoprew li ma kienitx akkreditata bħala tabiba. Żiedet tgħid li din il-persuna kienet “dejjem sorveljata” matul il-ħin kollu li kienet taħdem fl-isptar.
Skond rapporti fl-aħbarijiet Awstraljani ġie rapportat ukoll li din il-mara li għamlitha ta’ tabiba falliet l-eżamijiet tagħha u għamlet ċertifikati foloz sabiex tidħol taħdem bħala tabiba.
Kemm l- AHPRA u anke l-Pulizija ta’ New South Wales qed jinvestigaw dan il-każ.
Ritratt: BBC