Ħames Persuni L-Qorti B’Rabta Ma’ Akkużi Ta’ Reati Finanzjarji
Wara xhur ta’ investigazzjonijiet mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan idDipartiment tal Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji, illum waranofsinhar tressqu l-Qorti ħamest irġiel.
L-irġiel, li l-età tagħhom tvarja bejn 36 u 67 sena, kienu akkużati quddiem il-Maġistrat Dr Ian Farrugia, b’ħasil ta’ flus, frodi, miżaproprijazzjoni, kif ukoll bi trasferiment u/jew akkwista ta’ proprjetà minn attività kriminali, fost oħrajn.
Huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħhom u nżammu arrestati fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukati Dr Marthese Grech u Dr Cinzia Azzopardi Alamango mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, assistiti mill-Ispettur Brian Paul Camilleri mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji.