Ħarbet Lejn L-Ewropa Minħabba L-Persekuzzjoni – Ma Kinitx Taf Li Waslet Malta
Tfajla ta’ 16-il sena saqsiet f’liema pajjiż waslet meta ġiet arrestata mill-Pulizija Maltija għaliex daħlet b’passaport misruq Daniż.
Jidher li t-tfajla għamlet hekk biex taħrab mill-persekuzzjoni iżda hija ġiet ikkundannata xahrejn ħabs sospiżi għal 8 xhur wara li ammettiet.
It-tfajla ser tapplika għall-ażil, saħaq l-avukat benjamin Valenzia li deher għat-tfajla quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli.
Hija ġiet imressqa l-qorti mill-ispettur Frankie Sammut li kkonferma wkoll li dan kien każ ġenwin fejn anke l-Maġistrat stess Josette Demicoli osservat li t-tfajla kienet fi stat ta’ xokk emozzjonali.
It-tfajla se tkun mgħejjuna mill-AWAS, li hija l-aġenzija li tgħin persuni li jkunu qed ifittxu kenn f’pajjiżna.