Iċ-Chairman Eżekuttiv Tal-PBS Dwar Id-Deċiżjoni Ta’ Mark Laurence Zammit
Wara li dalgħodu ħarġet l-aħbar dwar Mark Laurence Zammit fejn f’messaġġ fuq il-midja soċjali qal li mhux ħa jkun qed ikompli jippreżenta l-programm fuq TVM minħabba ndħil żejjed, jidher li ċ-chairman tal-PBS irreaġixxa għal din l-aħbar.
F’kummenti li ta lil ‘Lovin Malta’, Mark Sammut iċ-chairman eżekuttiv tal-PBS qal li hu qatt ma’ ltaqa ma’ Mark Laurence dwar dan.
Mark Sammut kompla jgħid li “il-PBS huwa l-istazzjon tal-istat, kif tafu, huwa marbut b’regolamenti riġidi, u mmonitorjat kontinwament mir-regolatur, u l-programmi kollha għandu jkun fihom korrettezza u bilanċi politiċi.”
“Forsi ma kienx komdu b’dawn it-tip ta’ bilanċi u regolamenti?” saqsa Sammut.
Mark Sammut qal ukoll li l-PBS dejjem kellha u għanda relazzjoni tajba ma’ ‘WE Media’.
Jidher li l-programm ‘L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa’ ħa jkun qed ikompli però bi preżentatur differenti.