Il-Kumpanija Virtu Ferries Tgħid Li M’Għandix X’Taqsam Mal-Azzjoni Legali Kontra Ponte Ferries

 Il-Kumpanija Virtu Ferries Tgħid Li M’Għandix X’Taqsam Mal-Azzjoni Legali Kontra Ponte Ferries

Il-kumpanija Virtu Ferries b’reazzjoni għall-istqarrija li ħarġet il-kumpanija Ponte Ferries aktar kmieni llum qalet li dak li qed jiġi allegat hi ma kellhiex x’taqsam mal-azzjoni legali li nfetħet kontra l-kumpanija Ponte Ferries.

Fi stqarrija, Virtu Ferries sostniet li bħal Ponte Ferries hija wkoll applikat biex tkun tista’ toffri s-servizz għall-Port ta’ Augusta.

Qalet li dawn l-applikazzjonijiet jieħdu ż-żmien tagħhom, u sa issa l-ebda waħda minnhom għadha ma ġiet approvata. Virtu Ferries qalet li l-kompetitrui tagħha ma messhom qatt bigħu biljetti meta għad m’għandhomx il-permessi neċessarji. Għaldaqstant hija ma bigħetx biljetti għal din ir-rotta sakemm jiġi approvat il-permess.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com