Il-Kunċert Tat-Tenur Joseph Calleja Se Jsir Fl-4 Ta’ Settembru Li Ġej

Fl-4 ta’ Settembru li ġej, it-Tenur ta’ fama internazzjonali Joseph Calleja se jippreżenta spettaklu mill-ifjen Sanremo 70 anni di sogni fejn 70 sena ta’ storja mużikali se tkun iċċelebrata f’forma ta’ storja mużikali.
Calleja se jkun akkumpanjat mill-Malta Philarmonic Orchestra u s-sezzjoni ritmika leġġendarja ta’ Sanremo taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Leonardo De Amicis.
Fost il-mistiedna; NEK u rebbieħa mill-passat; Fiorella Mannoia u Michele Zarillo. Se jkun hemm ukoll Destiny; ir-rappreżentatriċi ta’ Malta fil-Eurovision ta’ din is-sena.
Din hija produzzjoni ta’ Eurovisione Eventi u Palco Reale b’kollaborazzjoni ma’ Mint Media bi spettaklu mużiko teatrali miktub mill-pinna prolifika ta’ Paolo Logli.
Bħas-soltu, ser jittella’ fuq il-Fosos u l-biljetti li huma limitati jistgħu jinkisbu minn www.showshappening.com fejn l-attendenza se tkun aċċessibbli gaħl dawn biss li għandhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin. It-tqassim se jsir permezz ta’ bubble magħmulha minn 6 persuni.
Dan l-ispettaklu se jitwassal lill-pubbliku bil-għajnuna tal-Malta Tourism Authority u l-Bank of Valletta.
Awguri Joseph Calleja.
