Il-Libjan Imressaq Il-Qorti Mixli B’Attentat Ta’ Qtil Jinżamm Arrestat
Hisham Ali Abuagilla l-Libjan ta’ 37 sena li tressaq il-Qorti llum b’rabta mal-attentat ta’ qtil ta’ Ingliż f’Tas-Sliema, baqa’ jinżamm arrestat fil-ħabs ta’ Kordin.
Il-Każ seħħ fis-6 ta’ Awwissu ftit wara l-5 ta’ filgħodu, meta dakinhar Ingliż ta’ 21 sena li joqod Birkirkara qala’ daqqiet ta’ sikkina fl-akwati ta’ Tignè.
Huwa ġie mixli b’attentat ta’ qtil, li kkawża ġrieħi gravi, li kiser il-paċi, li ġarr sikkina fil-pubbliku mingħajr permess tal-pulizija kif ukoll akkużata b’pussess ta’ kokaina, ecstasy, u kannabis. Hisham Ali Abuagilla wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Id-difiża qalet li l-imputat ġietu ġurnata ħażina u żbalja filwaqt li talbet għall-ħelsien mill-arrest.
L-avukat tad-difiża argumenta wkoll li l-vittma m’għadux l-isptar u allura l-akkuża għanda tkun ta’ attentat ta’ ferita gravi mhux attentat ta’ qtil.
Wara li semgħat l-argumenti taż-żewġ naħat, il-Qorti ċaħdet il-libertà proviżorja.