Il-Malta Community Chest Fund Tiċħad Kategorikament Li Tat Informazzjoni Ta’ Pazjenti Lil Terzi

 Il-Malta Community Chest Fund Tiċħad Kategorikament Li Tat Informazzjoni Ta’ Pazjenti Lil Terzi

B’referenza għall-artiklu ppublikat fit-Times of Malta fit-3 t’Awwissu bit-titlu: ‘Binance foundation ‘awaiting patient information’ from Community Chest Fund’, il-MCCF fi stqarrija, kategorikament ċaħdet li informazzjoni u data tal-pazjenti ngħatat xi darba lil terzi inkluż lill-Blockchain Charity Foundation.

Tenniet li l-informazzjoni dwar il-pazjenti hija trattata b’kunfidenza stretta skont il-liġi. Saħqet, li l-MCCF tenfasizza r-rispett dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni relatata mal-pazjenti u d-dettalji privati tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com