Il-MaltaPost B’Ħarġa Ta’ Bolli Bit-Tema Tal-Festa Maltija
Fl-25 t’ Awwissu 2021, MaltaPost se toħroġ il-Ħames ħarġa ta’ bolli li juru statwi f’numru ta’ knejjes fil-Gżejjer Maltin. Din il-ħarġa se turi l-vari proċessjonali hawn imsemmija: San Duminku tal-Birgu, Viżitazzjoni tal-Għarb, San Bartilmew tal-Għargħur, Marija Bambina tan-Naxxar, Kristu Re ta’ Raħal Ġdid, San Ġorġ ta’ Ħal Qormi, San Pawl tar-Rabat, San Nikola tas-Siġġiewi, Stella Maris f’tas-Sliema u l-
Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta.
Is-sett se jinħareġ f’ folja ta’ għaxar bolli. Kull bolla hija ta’ daqs 31mm x 44mm, b’perforazzjoni ta’ 13.9 x 14.0 (comb.) u l-folja hija ta’ daqs 182mm x 115mm. Il-bolli ġew stampati b’watermark tas-Salib ta’ Malta u Printex Limited ipproduċa dan is-sett b’metodu offset. Il-ħarġa f’din is-sensiela tikkonsisti f’600,000 bolla li għandhom valur ta’ €0.30. Ritratti ta’ Mark Micallef Perconte.
Din il-ħarġa se tkun għal bejgħ minn nhar il-Erbgħa 25 t’ Awwissu 2021 minn kull Fergħa Postali. Ordnijiet jistgħu jsiru mis-sit elettroniku www.maltaphilately.com, bil-posta mill-Philatelic Bureau MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001, bit-telefon 25961740 jew permezz tal-email: [email protected]
L-ewwel erba’ settijiet fis-serje inħarġu fis-sena 2017, 2018, 2019 u 2020 rispettivament. Dawn is-settijiet jinkludu kartolini, folji u envelopes u huma kompluti b’binder. Jekk tixtieq tixtri s-sett ta’ din is-sena jekk jogħġbok ikkuntattja lil Philatelic Bureau fuq 2596 1740.