“Il-Maltin Aktar Milli Huma Razzisti Huma Klassisti!” – Jeremy Cardona

 “Il-Maltin Aktar Milli Huma Razzisti Huma Klassisti!” – Jeremy Cardona

Il-Kunsillier fi ħdan il-PN fil-Gżira Jeremy Cardona, kiteb il-ħsieb tiegħu dwar kif jaħsbuha ħafna minn fostna dwar in-nies ta’ kulur differenti minn tagħna.

Qal: “Il-Maltin aktar milli huma razzisti huma klassisti!! u spjega kif jiftakar meta darba t-team tal-futbol lokali tiegħi kien rebaħ logħba iebsa barra minn Malta u wieħed mill-players li għamel dan possibli, tenna li kien persuna ta’ ġilda skura. Spjega kif meta t-team ġie lura Malta kulħadd ried jieħu ritratt ma’ din il-persuna.

Imbagħad spjega kif jiftakar ukoll li darba kien ħa stessu mal-kennies li hu ukoll persuna ta’ ġilda skura u li jiġbor l-ħmieġ li nħallu aħna fit-toroq fejn kien hemm min qalli:-
”Int orajt jew?
Tieħu ritratt ma’ dak? ”,
“Qed jiħdilna xogħolna”;
” Malta fullup” .
Saħaq li d-differenza hija wieħed ħallasnieh biex jiġi pajjiżna u qed nagħtuh paga akbar minn dik li nagħtu lill- players Maltin filwaqt li l-ieħor ġie minn jheddu biex ikollu ħajja aħjar, bil-paga minima u qed jagħmel xogħol il-Maltin li ma jridux jagħmlu.
Intom x’taħsbu dwar dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com