Il-Manifatturi Ta’ Barbie B’kollezzjoni Speċjali
Bla dubju din kienet sena diffiċli għal kulħadd, però żgur li għadna nkunu nafuha lil Prof Sarah Gilbert bħala l-mara li mexxiet il-kreazzjoni tal-vaċċin kontra l-Covid-19 ġewwa Oxford. Il-Mara li ġabet it-tama lid-dinja.
Il-produtturi ta’ Barbie xtaqu li jagħmlu kollezzjoni speċjali fejn jagħmlu pupi li jixbħu lil nisa li jaħdmu fil-qasam mediku fosthom pupa li tixbah lil Prof. Sarah Gilbert.
L-idea hija li l-kumpanija ta’ Barbie toħloq interess fost it-tfal lejn karrieri fil-qasam mediku u juru apprezzament għax-xogħol kbir li wettqu matul din il-pandemija.
X’taħsbu dwar din l-idea?