Bħal-lum 26 t’Awwissu tal-1896, il-Markiż Joseph Scicluna kien qabbad lill-Perit Lupi biex jagħmel pjanta ta’ istitut ġdid għall-orfanatropju li kien fetaħ Fra Diego.
Dan kien diġà ġabar 80 tfajla. Dak il-bini l-ġdid kien se jkollu akkomodazzjoni għal 150 tfajla.