Il-PM F’Laqgħa Mal-Familja Caruana Galizia

Rapporti fuq it-‘Times of Malta’ dalgħodu kkonfermaw li lbieraħ il-Prim Ministru ltaqa mal-familja Caruana Galizia, f’laqgħa privata ma’ Peter, ir-raġel ta’ Daphne kif ukoll kien hemm preżenti tnejn mit-tfal u oħt Daphne, Corinne.
Il-laqgħa kienet waħda kordjali ħafna u kien hemm qbil sabiex din il-laqgħa tinżamm privata. Madanakollu jidher li d-diskussjoni kienet l-aktar fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-inkjesta pubblika.
Rigward kumpens li l-Prim Ministru kien qal li l-Gvern ma’ jeskludix li jagħti, jidher li ma kienx diskuss f’din il-laqgħa.
Ritratt: propertymalta.org