Il-PN Bi Grupp Ta’ Ħidma Bil-Ħsieb Li Jiġu Rakkomandati L-Miżuri Biex Malta Timxi Lejn Il-Fejqan

 Il-PN Bi Grupp Ta’ Ħidma Bil-Ħsieb Li Jiġu Rakkomandati L-Miżuri Biex Malta Timxi Lejn Il-Fejqan

Emma Portelli Bonnici ġiet appuntata biex tmexxi grupp ta’ ħidma #QattAktar li jorbot il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista u s-soċjetà ċivili fuq is-sejbiet tal-inkjesta pubblika u lil’hinn minna.

‘Pajjiżna jeħtieġ jassigura li qatt aktar ma jerġa jgħaddi lil wieħed jew waħda minna mit-tbatija li għaddiet Daphne u l-Familja tagħha.’ Dan qalitu Emma Portelli Bonnici li laqgħet it-talba tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li nnomina lil Portelli Bonnici biex tmexxi grupp ta’ ħidma li jirrakkomanda l-miżuri sabiex Malta tonora kif xieraq il-ħidma u l-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia flimkien mal-gruppi tas-soċjetà ċivili u l-partijiet kollha li kienu protagonisti f’dan il-kapitlu ikrah tal-istorja tal-Maltin, tenna l-PN.

Portelli Bonnici ser tkun qed tmexxi grupp ta’ ħidma kompost minn persuni indipendenti u oħrajn attivi fil-Partit Nazzjonalista bil-ħsieb li jiġu rakkomandati l-miżuri biex Malta timxi lejn il-fejqan.

‘Din mhix biss l-istorja ta’ Daphne u l-Familja tagħha. Dan mhux biss l-uġigħ li sofrew dawk l-aktar qrib tal-familja. Din hija l-istorja tal-Maltin kollha, u l-Maltin kollha issa jeħtieġ isibu l-gwida ta’ dawk ta rieda tajba biex verament niksbu l-fejqan flimkien’ qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Bernard Grech b’referenza għall-mandat tal-grupp ta’ ħidma #QattAktar.

Il-PN qal li fil-ġranet li ġejjin ser titnieda wkoll kampanja ta’ informazzjoni #QattAktar li tistieden lil dawk kollha interessati f’diskussjoni li tħares ‘il quddiem biex pajjiżna tassew jassigura li #QattAktar ma jkun hemm ħadd f’pajjiżna li jisfa vittma tal-abbuż tal-politiċi mill-poteri tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com