Il-PN Jitlob Sabiex Transport Malta Tirtira L-Proġett Tal-Yacht Marina F’Marsaskala

 Il-PN Jitlob Sabiex Transport Malta Tirtira L-Proġett Tal-Yacht Marina F’Marsaskala

“Il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jsejjaħ lil Transport Malta sabiex twaqqaf il-proċess tas-sejħa għal tenders dwar il-proġett b’mod immedjat.” Hekk saħaq il-PN fi stqarrija li ppubblika wara li lbieraħ waqt l-laqgħa tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala ttieħed vot deċiżiv tal-istess membri tal-Kunsill kontra l-proġett ta’ yacht marina f’Marsaskala.

Il-PN qal ukoll li Transport Malta għandha twaqqaf proċess ta’ konsultazzjoni pubblika mal-Kunsill Lokali u r-residenti ta’ Marsaskala b’mod immedjat, bil-għan li jiġi stabbilit pjan holistiku għal din il-lokalita’.

Il-PN saħaq ukoll li l-Gvern għandu jikkommetti ruħu b’mod ċar u inekwivoku li ser iwaqqaf il-pjanijiet tiegħu għall-iżvilupp taż-Żonqor sabiex il-lokalitá ta’ Marsaskala tibqa’ tgawdi minn spazji miftuħa li jħallu impatt pożittiv fuq ir-residenti u l-istess lokalita’.

Ritratt: savemarsaskala.org

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com