“Il-PN Mhumiex Kredibbli Meta Jitkellmu Dwar L-Enerġija” Il-PL

 “Il-PN Mhumiex Kredibbli Meta Jitkellmu Dwar L-Enerġija” Il-PL

B’risposta għall-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista aktar kmieni, L-Partit Laburista qal li “l-esperti tal-blackouts u l-qtugħ fil-provvista tad-dawl sajf u xitwa mhumiex kredibbli jitkellmu dwar l-enerġija. Speċjalment meta fl-istess ħin taw lill-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin l-ogħla kontijiet.”

Il-Partit Laburista saħaq li huwa fatt li ma jista’ jmerih ħadd li llum l-interuzzjonijiet fil-provvista tal-enerġija huma n-nofs ta’ dawk li kienu fi żmien l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista. Dan għax il-Gvern qed jinvesti kemm jiflaħ fis-settur tal-enerġija. Huma komplew jgħidu “li kien għal Partit Nazzjonalista bħala pajjiż ma nvestejniex iktar fil-provvista tal-enerġija u bit-tkabbir ekonomiku li kellu pajjiżna kien ikun ifisser li jħallu rħula sħaħ mingħajr dawl għal perjodi twal.”

Il-Partit Laburista kompla jisħaq li “mill-isfidi, il-Partit Nazzjonalista kapaċi joħloq biss stqarrijiet partiġjani. Il-poplu jaf li dan il-Gvern mill-isfidi joħloq soluzzjonijiet.”

F’seba’ snin, l-investiment fis-sistema ta’ distribuzzjoni kienet aktar minn €130 miljun.  Għaż-żmien li ġej il-Gvern se jkompli jinvesti l-miljuni biex il-Maltin u l-Għawdxin jingħataw is-servizz li jistħoqqilhom fl-istess ħin li jgawdu minn kontijiet orħos, temm jgħid il-PL fl-istqarrija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com