Il-President Iżur Waħda Mill-Aktar Djar Antiki Fl-Imdina

 Il-President Iżur Waħda Mill-Aktar Djar Antiki Fl-Imdina

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sra Vella żaru Palazzo Falson, waħda mill-aktar djar antiki fl-Imdina, illum mibdula f’mużew immexxi mill-Fondazzjoni Patrimonju Malti. Huma ntlaqgħu, iddawru mal-post, u tlaqqgħu mal-istaff, mal-apprentisti, u mal-voluntieri mill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni, Michael Lowell, u mill-Kuratur tal-post, Caroline Tonna.

Fi tmiem iż-żjara, il-President ikkummenta li wieħed irid jammira l-fatt li l-materjal li hemm miġbur f’dan il-post tħalla mill-Kaptan Olof Frederick Gollcher OBE (1889-1962)—li kien artist, filantropu, u kollettur tal-objets d’art u tal-affarijiet storiċi sabiex jitgawda mill-ġenerazzjonijiet ta’ warajh.

Huwa appella biex, flimkien mat-turisti, anki l-Maltin iduqu l-ġmiel ta’ postijiet bħal dawn.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com