Il-‘Pride March’ Ippjanat Għal Settembru Mhux Se Jsir

 Il-‘Pride March’ Ippjanat Għal Settembru Mhux Se Jsir

Fuq il-paġna Malta Pride tħabbar li l-‘pride march’ li kien ippjanat li jsir is-Sibt 18 ta’ Settembru mhux se jsir. Dan wara li ġiet meqjusa r-responsabbiltà tat-tixrid tal-Covid-19, li għal dan il-għan, ġie deċiż li tittieħed din id-deċiżjoni.

Faħħru lill-awtoritajiet tas-saħħa għax-xogħol li qed isir speċjalment fit-teħid tal-vaċċin.

Madanakollu, intqal li se jsiru xi attivitajiet matul il-‘Malta Pride Week’ b’konformi mar-regoli imposti attwalment. Dawn qed isiru b’koordinazzjoni bejn l-entitajiet u organizzazzjonijiet kollha tal-LGBTIQ f’pajjiżna.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb billi żżuru www.maltapride.org.
It-tema għal din is-sena ser tkun #YouAreIncluded fejn l-ugwaljanza qed tkun enfasizzata li għandha tkun hemm għal kulħadd f’kull sfera tas-soċjetà. Dan fid-dawl li l-komunità LGBTIQ xorta waħda għadha tħabbat wiċċha ma’ esperjenzi fejn l-identità tagħha ma tkunx validata.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com